Dwarna
Kif mitlub mill-Kapitolu 321 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Bord tal-Inġiniera għandu tliet rappreżentanti eletti mill-inġiniera warrant holders. Peress li t-terminu tar-rappreżentanti preżenti wasal fi tmiemu, qed tiġi organizzata elezzjoni sabiex jintgħażlu r-rappreżentanti għas-sentejn li ġejjin.
Għal dan il-għan, inħatret Kummissjoni Elettorali komposta minn Dr Dennis Zammit, is-Sur Jeffrey Camilleri u Dr Amanda Spiteri Grech, sabiex tmexxi u tissorvelja l-proċess elettorali.
Għall-ewwel darba, din l-elezzjoni se ssir b’mod elettroniku permezz tas-sistema tal-kumpanija Kuorum, li hija ċċertifikata bl-istandard ISO u li organizzat diversi elezzjonijiet elettroniċi madwar id-dinja.
L-inġiniera, li għal kwalunkwe raġuni, inkluż nuqqas ta’ kont tal-eID, ma jkunux jistgħu jivvutaw b’mod indipendenti, se jkollhom l-opportunità jżuru Project House, fejn se jingħataw l-assistenza meħtieġa biex jivvutaw permezz tas-sistema elettronika.
Għal din l-elezzjoni huma eliġibbli l-inġiniera kollha li isimhom deher fil-lista ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta’ April 2026.
Il-votazzjoni ssir permezz ta’ vot sigriet, skont KAP. 321, sabiex jiġi żgurat li l-għażliet individwali tal-votanti jibqgħu kunfidenzjali. Is-soluzzjoni elettronika għall-votazzjoni pprovduta mill-fornitur tinkorpora kontrolli ta’ sigurtà, inkluża protezzjoni permezz ta’ firewall u miżuri biex jiġi ġestit aċċess b’volum għoli. Is-soluzzjoni tal-fornitur hija ċċertifikata skont ISO/IEC 27001 (Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni) u ISO 9001 (Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalità).
Dati tal-proċess elettorali
Nominazzjonijiet
L-Erbgħa 9 ta’ Settembru 2026 sa nhar il-Tlieta 15 ta’ Settembru 2026 sa nofsinhar (12:00pm)
Pubblikazzjoni tan-nominazzjonijiet
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2026
Oġġezzjonijiet
Sa nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2026
Pubblikazzjoni tal-kandidati approvati
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2026
Elezzjoni
L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2026
16:00-20:00